Tbissima.
It-tbissima espressjoni.
Espressjoni li ħafna drabi taraha
għax tista’ tgħid li kulħadd jużaha.
It-tbissima espressjoni sabiħa hija,
ħlief meta din tkun twissija
ta’ wgigħ u tbatija
fejn il-bniedem joqogħd attent
għal kull movement
biex filwaqt li l-qalb maqsuma tkun
il-wiċċ jidher kuntent.
Għalhekk il-verita’ tibqa’ moħbija
bħala turija ta’ kuraġġ
fejn il-persuna tibqa’ bla salvataġġ.
Julia Mizzi St John
Ritratt Freepik: wayhomestudio
Proset hafna .. hija verita tal lum aktar mill bierah . (Min snin imghoddija )
LikeLike