Intervista minn Maganne Xuereb u Samantha Attard

  • Kemm ilek tgħallem?

Jien ilni ngħallem 8 snin.

  • X’ispirak biex issir għalliem tal-Matematika?

Sa meta kont daqskom (form 3) għalija l-maths ma kien xejn ħlief suġġett mal-oħrajn. Imbagħad fil-form 4 kelli għalliem li laqgħatni u minn hemm bdejt inħobb il-matematika.

  • Minn dejjem xtaqt issir għalliem?

Le, anzi pjuttost bil-kontra. Kelli fażi fejn xtaqt insir pulizija, ħabta fejn xtaqt insir kaptan ta’ xi vapur u kelli daqqa fejn ridt nilħaq engineer u anke kors wasalt nagħmel.

  • Għandek xi delizzji jew passatempi?

Inħobb ħafna l-football u nħobb ukoll naqra ħafna.

  • Lura għal meta kont għadek tistudja, liema metodu kont issib l-aktar effettiv?

L-ewwel kont naħdem is-somom u wara nifhem kif ħdimthom. Kont nħalli ftit żmien jgħaddi u nerġa nipprova naħdimhom u ovvjament dejjem intaqqalhom.

  • Għaliex kont għażilt din l-iskola minn tant skejjel?

Meta kont għadni nistudja kelli teaching practice hawn u kienet lagħqtitni. Meta imbagħad ġejt biex naħdem bqajt nipprova sakemm dħalt hawn.

  • Għandek xi memorji għal qalbek fi ħdan din l-iskola?

Għandi ħafna pero l-farewell parties li jkollna għall-form 5 kull sena jibqgħu għal qalbi. Nibda narahom lesti għall-ħajja u jkollhom ċertu serħan. Il-Live-ins li torganizza l-iskola wkoll jibqgħu f’qalbi. Imma l-iktar għal qalbi huma dawk il-ħbiberiji speċjali ma’ ċertu mill-kollegi.

  • X’inhi l-iktar ħaġa li ssib diffiċli f’xogħolok?


Hemm diversi diffikultajiet, ghalkhemm hawn min jahseb li hu xoghol facli. Haga li thabbatni hija meta nara potenzjal fi studenta u dik l istudenta ma tarafx il potenzjal taghha stess. Xi kultant sakemm tikkonvinciha tahdem, u tirrealizza l kapacitiajiet taghha jaf tkun iebsa.

  • Taqra?

Iva, kif semmejt l-ewwel ihobb naqra hafna. L-iktar li jinteressawni huma artikli fuq dak li jkun qed jigri madwarna. Inhobb inzomm ruhi nfurmat. Ricentament qrajt ukoll il kotba: “Animal Farm” u “12 Rules for Life” ta’ Jordon Peterson.

  • Kieku ma kontx għalliem, x’taħseb li tkun qiegħed tagħmel b’ħajjtek?

Ma tantx nimmaġinani mhux għalliem imma naħseb kieku qiegħed naħdem fil-qasam tal-engineering.

  • Għandek xi pariri għall-istudenti tiegħek li tixtieq tgħaddilhom?

Il-ħajja ħa ttik bis-siq u twaqqgħek. Meta taqa’, erġa qum fuq saqajk, u tħalli lil ħadd jerġa jipprova jwaqqgħek. Biex tasal fil-ħajja ma nemminx fil- “dream and achieve”. Trid taħdem ħafna wara li toħlom, imbagħad tista’ tilħaq il-ħolma u naħseb din hija importanti li nifhmuha.