Miktuba minn Julia Spiteri form 2 St. Peter
Rużar Briffa kien magħruf ma’ Malta u Għawdex għall-poeżiji tiegħu. Kiteb bosta poeżiji popolari fosthom “Quo Vadis?”, “Lil Ommi” u “Jum ir-Rebħ”. Rużar Briffa kien magħruf ukoll bħala dermatologu taz-zokkor.Rużar Briffa twieled fl-1906 u kien joqgħod il-Belt. Il-ġenituri tiegħu, Giovanna u Duminku Briffa kienu bagħtuh fl-iskola tal-gvern ta’ Sant Iermu. Meta kiber ftit oħra, kompla jistudja l-Liċeo tal-Belt. Kif għadda mill-eżamijiet tal-matrikola, mar jgħallem fl-iskola ta’ Ħaż- Żabbar. Kien l-ewwel għalliem fid-dipartiment li kellu dawn l-eżamijet, għaliex il-livell tagħhom kien avvanzat.

Fl-1924 kompla jistudja l-mediċina fl-Università. Hemmhekk kien rebaħ borża ta’ studju. Din kienet ammont ta’ flus li tingħata lill-persuna li tilħaq ċertu livell ta’ edukazzjoni. Bil-flus li rebaħ kompla l-istudji tiegħu f’Londra. Fl-1932 Rużar ġie lura Malta bħala dermatologu mleħħaq. Beda jaħdem fl-isptar ċentrali fis-sessjoni tal-mard tal-ġilda tal-anzjani, u kien juri rispett u umiltà kbira mal-morda.

Apparati l-isptar ċentrali, kien isiefer u jaħdem f’bosta rkejjen tad-dinja, fosthom Kalkata, Bankura, l-Ingilterra, Gobra, Madras u Sqallija. Waqt it-Tieni Gwerra Dinjija kien mar jgħix San Ġiljan. F’dak iż-żmien kien supretindent fl-isptar tal-Blue Sisters, kif ukoll speċjalista onorarju fid-dermatoloġija fil-‘War Memorial Hospital for Children’. L-għan tiegħu bħala tabib kienet li jnaqqas il-kruha fil-ġilda.

Bħala poeta, ma tantx kien magħruf dak iż-żmien għaliex il-poeżiji tiegħu ma kinux ikunu ppubblikati uffiċjalment. Spiss kienu jkunu miktubin fuq xi pakkett tas-sigaretti, boroż tal-karti, karti tal-mediċini, u kull biċċa karta li jsib taħt idejh dak il-ħin. Il-poeżiji tiegħu ma kienux ikkumplikati, iżda sempliċi, dwar l-emozzjonijiet tiegħu. Il-ħbieb tiegħu kienu jiddiskrivuh bħala persuna solitarja ħafna. Filfatt, ħafna mill-poeżiji tiegħu bbażati f’postijiet fis-skiet.

Rużar kien miżżewweġ lil Connie Dan, u kellhom tifla jisimha Cecilia. Iżda fl-1950 mietet martu tant għażiża għalih. Maħkum minn dwejjaq kbar, Rużar ma ridx jersaq lejn daru, għax kienet iġġiblu wisq memorji, allura kien jorqod f’kamra żejda fl-isptar. Din it-tip ta’ trauma kien diġà għadda minnha meta kien miet ħuħ.

Iżda fl-1952 kien reġà beda jara raġġ ta’ dawl. Iltaqà ma’ mara ħelwa jisimha Luisette Attard u ftit xhur wara żewwiġha. Kien kuntent magħha. Luisette rnexxielha tikkonvinċi lil Rużar biex jippubblika l-poeżiji tiegħu. Ġabret kull karta bil-kitba ta’ żewġha, u għamlithom ktieb. Kieku mhux bis-saħħa tagħha, hemm ċans li qatt ma konna naqraw il-poeżiji tiegħu!