Miktuba minn Ilona Bilocca Year 10

In-Nanna tiegħi Lizzy, twieldet fit-28 ta’ Settembru fl-1964 u fil-familja tagħha qegħdin 8 aħwa: 5 irġiel u 3 nisa. Hi kienet togħġobha ħafna l-iskola u s-suġġett favorit tagħha kien il-matematika.

In-Nanna kienet tieħu gost tmur ir-razzett ma’ missierha, taqta’ u tiekol il-frott mis-siġar. Mad-dar kellhom ġardina fejn kienet tqatta’ ħafna ħin tħawwel il-fjuri ma’ missierha.  Ma kenitx bħal ħutha n-nisa l-oħra li kienu jippreferu joqgħodu d-dar jgħinu lil ommhom, iżda hi kien l-hena tagħha toqgħod mas-subien fil-garaxx. Ma tantx kienu jmorru jgħumu għalhekk in-Nanna u ħuha ż-żghir Victor, fis-sħana tas-sajf kienu jimlew il-ġiebja bl-ilma u joqgħodu ġo fiha.

Nhar ta’ Ħadd, in-Nanna u Victor kienu joħorġu u waqt li jkunu fil- karozza, kienu joqgħodu fuq irkopptejhom fuq is-’seat’ ta’ wara, jħarsu lejn il-ftit karozzi li kienu jaraw u jiktbu n-numru tan-‘number plates’ fuq pitazz. Fis-sajf kienu jilgħabu passju, mistoħbija, tellieqa u jaqbżu l-ħabel fil-ġnien jew barra fit-triq peres li dak iż-żmien ma tantx kien hawn karozzi.  Kienu wkoll jilgħabu ‘tal-ħanut’ fejn kienu jpoġġu l-ħamrija ġo bott vojt tal-kunserva u l-ġebel taparsi kien ikun bajd.  Ġieli ħutha kienu jmorru jċemplu l-bibien tad-djar jew agħar minn hekk, kienu jwaħħlu t-’tape’ mal-qanpiena biex tibqa’ ddoqq. Mbagħad jaħarbu jiġru, iżda n-nanna dejjem kienet tibza’ u ma kinitx toqgħod ħdejhom.

Minn dawn ir-rakkonti indunajt kemm inbidlet il-ħajja llum il-ġurnata minn dak iż-żmien u ħadt gost nisma’ lin-Nanna tirakkontali kemm kienet sempliċi l-ħajja dak iż-żmien!