L-istilla ta’ din il-ġimgħa hija l-bravissima Ira Losco!

Meta tagħlaq sninek u kemm għandek żmien?
Jien twelidt fil-31 ta’ Lulju 1981 jiġifieri għandi 40 sena.
X’inhi n-nazzjonalità tiegħek u fejn twelidt?
Jiena Maltija u twelidt fil-belt sabiħa tas-Sliema.
Meta bdejt il-karriera mużikali?
L–ewwel darba li bdejt inkanta quddiem n–nies kont għadni l–iskola. Jien qatt ma ħadt sehem f’kompetizzjonijiet ta’ tfal. Imma kont nieħu sehem fl-attivatijiet tal-iskola. Imma nista’ ngħid li l– karriera bdiet tiżviluppa l–aktar meta kont ħadt sehem fis–soiree ta’ San Alwigi. Hemmhekk rani kompożitur u daħħalni ġo festival bil–Malti. Imbagħad kelli grupp u bqajt miexija ‘l quddiem.
Min isiprak biex tkanta u hemm xi kantant/a li tammira?
Min età żgħira kont inħobb il–mużika u meta kont tarbija ommi kienet toqgħod issemmagħli l–mużika fuq ir–radju. Kienu jispirawni ħafna kantanti bi stili differenti. Għalhekk ma nistax ngħid li kelli xi ħadd partikolari li ispirani għalkemm persuna li kont nammira kienet il-kantanta Madonna għax dejjem kienet tbiddel l–istil tagħha!
Meta sirt popolari?
Jien sirt popolari fis-sena 2002 meta rrappreżentajt lil Malta fil-Eurovision u gejt it-tieni fil-kompetizzjoni!
X’ diska kantajt għall-Eurovision f’dik is- sena?
Kantajt il-kanzunetta 7th Wonder. Imbagħad erġajt irrappreżentajt lil Malta erbatax-il sena wara bil-kanzunetta ‘Walk on Water’ u ġejt fit-tnax-il post.
Tgħidilna xi ħaga personali fuqek?
Jien ħrigt sitt albums differenti u kantajt f’iktar minn ħmistax il-pajjiż. Irbaħt iktar minn għoxrin Music Awards. Jien miżżewga lil Sean Gravina u għandna żewgt itfal, tifel u tifla. It-tifel jismu Harry u t-tifla jisimha Gigi.
Għandek xi ispirazzjoni għall – futur?
Li nibqa’ nikteb il–mużika u nibqa’ attiva. Inħoss li f’ dawn l–aħħar għoxrin sena dejjem stinkajt biex inkun kreattiva u ltqajt ma’ ħafna nies.
Grazzi!
Raquel Buhagiar – Form 2 – St Francis