1. Kemm domt tistudja l-Università?
Domt ħames snin u għamilt sena oħra l-EU foundation.
2. X’suġġetti għażilt fil-bidu tas-sekondarja?
Jien għażilt il-Bijoloġija, il-Kimika u l-Fiżika. It-tlitt xjenzi.
3. X’diffikultajiet kellek fl-istudji tiegħek?
Trid tiċċaħad minn ħafna affarijiet u titfa’ moħħok hemm fl-istudji tiegħek.
4. X’sibt l-aktar difficli u l-aktar faċli fl-iskola?
L-iktar affarijiet li kont insib diffiċli huma dawk l-affarijiet li ridt niftakar bl-amment u li m’hemmx raġuni (reasoning) għalihom. L-aktar faċli mbagħad viċi versa.
5. X’jogħġbok l-aktar f’xogħolok?
Li nista’ ngħin lin-nies.
6. X’ma jogħġbokx f’xogħolok?
Il-ħinijiet twal ta’ xogħol.
7. Għandek xi suġġerimenti għal dawk l-istudenti li bħalissa qegħdin jagħżlu s-suġġetti u jixtiequ jsiru tobba?
Ma naqtalhomx qalbhom, hawn bżonn kbir ta’ tobba li illum qegħdin jispeċjallizzaw u is-sodisfazzjon huwa kbir ħafna jiġivieri ninkuraġġihom. Min jixtieq jgħin lin-nies u jkun parti kbira mill-ħajja tan-nies huwa xogħol li jgħodd għalihom.
8. X’inhi l-aktar ħaġa li għenitek fl-istudji tiegħek?
Il-ħeġġa biex nitgħallem u li xtaqt nilħaq l-għan tiegħi.
9. Kif iddeċidejt li tixtieq issir tabib?
Minn dejjem kelli inkuraġġiment min-naħa tal-familja kif ukoll minn dejjem xtaqtha tkun il-karriera tiegħi.
10. Kellek xi xogħolijiet oħra f’moħħok barra dik ta’ tabib?
Pilota.
11. Liema kienu s-suġġetti favoriti u l-inqas favoriti tiegħek fl-iskola?
Il-Kimika kien l-aktar suġġett favorit u l-inqas favorit kien il-Franċiż.
12. Ghandek xi esperjenza li qatt m’inti se tinsa f’ħajtek?
Darba kien hemm waħda mara, ma ninsiha qatt, li illum ħallietna, li minkejja li kienet paralizzata baqgħet b’kuraġġ tibqa’ tgħallimni. Din illum ilha li ħallietna 18-il sena iżda xorta waħda għadha ttini l-kuraġġ sal-lum.
13. Li kieku kellek terġa’ tmur lura fiż-żmien kont terġa’ tagħżel l-istess professjoni?
Bla dubju!!