Artiklu Miktub minn Celine Caruana

BTS huma grupp tal-mużika K-POP jiġifieri jiktbu diski bil-lingwa Korejana. BTS huwa magħmul minn seba’ ġuvintur li jisimhom RM, Jin, Suga, J-Hope, Jimin, V u Jungkook. Is-seba’ membri ta’ dan il-grupp huma kollha ċajtiera, ġenwini u ġenerużi.
BTS, bil-Korejan tinkiteb ‘방탄 소연’ u tgħidha Bangtan Sonyeondan. Imma din il-kelma xi tfisser? ‘방탄 소연’ tfisser ‘Bulletproof Boyscouts’. Ħafna nies isaqsu għalfejn taw dan l-isem lill-grupp tagħhom. Semmewh hekk minħabba li jiġri x’jiġri n-nies li jsegwuhom (A.R.M.Y) dejjem jkunu hemm għalihom u allura dejjem jħossuhom protetti.
Għaliex in-nies li jswegwuhom jissejħu A.R.M.Y.? Dan għax A.R.M.Y. tfisser xi ħaga importanti ħafna! A.R.M.Y. tfisser,‘Adorable Representative M.C. of Youth’.
Bħalissa A.R.M.Y. hija l-ikbar ‘fandom’ fid-dinja għax hemm iktar minn 300 miljun persuna li jiffurmaw parti millA.R.M.Y. u dawn jiżdiedu kull ġurnata.

BTS bdew jiktbu d-diski u jkantaw fit-2013. L-ewwel diska li kitbu kien jisimha ‘No More Dream’. BTS jaħdmu ma’ ‘HYBE LABELS’. HYBE hija kumpanija kbira ħafna tal-mużika fil-Korea. Din il-kumpanija tieħu ħsieb ħafna aktar kantanti u gruppi Korejani oħra bħal ‘TXT’ u ‘SEVENTEEN’.
Fil-Korea, BTS jissejħu ‘National Treasures’ minħabba li iktar minn 70% tat-turisti li jmorru l-Korea,
imorru minħabba BTS. Dan jfisser li BTS jġibu 3.6 biljun ewro lillekonomija tal-Korea ta’ Isfel.
HYBE għamlu żmien iridu lil BTS jieqfu jagħmlu d-diski. Dan għaliex sal-2015 kienu għadhom ma sarux
famużi ħafna. Imma BTS iddeċidew li joħorgu l-aħħar diska biex forsi ssir suċċess. Din id-diska kien
jisimha ‘I NEED YOU’. Wara ftit taż-żmien, ‘I NEED YOU’ saret suċċess kbir u għalhekk baqgħu flimkien bħala grupp.
Jien sirt insegwihom għax kont qed nisma’ d-diski fuq ‘YouTube’ u telgħatli diska tagħhom. Wara li smajtha, ddeċidejt li nisma’ iktar diski ta’ BTS għax kienet għoġbitni ħafna!

Minbarra li jgħoġbuni ħafna d-diski tagħhom, jien inħobb lil BTS għax huma jwasslu messaġġ importanti ħafna. Dan il-messaġġ hu biex kulħadd iħobb lilu nnifsu. Filfatt, BTS ħarġu tliet albums tad-diski bl-isem
‘LOVE YOURSELF’. Dawn huma ‘LOVE YOURSELF-HER’, ‘LOVE YOURSELF-TEAR’ u ‘LOVE YOURSELF-ANSWER’. Huma għamlu wkoll ħames ‘world tours’ jisimhom ‘Love Yourself’.