Miktuba minn Martina Demanuele

Minn mindu beda il-COVID

Kulħadd weħel kwarantina,

Min għal ħaġa, min għal oħra

Imma min jimrad, malajr tiġiħ ħażina

Għal l-ewwel tgħid

Mhux xorta, kull ma għandi erbgħatax -il jum,

Imma wara ftit

Malajr tarah idum

Ħlief kompjuters ma tarax

 ‘Meetings’ bla waqfien,

Kulħadd jiġri l-hemm u l-hawn

 Bil-ġenn kullimkien

Kulħadd jiċċasa lejn il-kompjuter

Min għax-xogħol u min għal l-iskola,

Oħti tant iddum bilgħqeda

 Li sa filgħaxija tibda taqbeż u togħla

Daqt kien wasal iż-żmien li noħorġu

Jien u oħti tgħidx kemm qbiżna

Meta wasal iċ-ċertifikat

Fraħna iktar milli ridna

L-għada ta’ l-erbgħatax il-jum

Lejn l-iskola erġajna morna

Kulħadd  ferħan rega’ kien

Għax fuq il-bank irritorna