Ms Anna Saliba

Ms Anna, Ms Connie u Ms Josette huma 3 ħaddiema ġewwa OLIS.  Huma jieħdu ħsieb li l-iskola tkun dejjem nadifa u komda għalina l-istudenti.  Dejjem jaħdmu bla waqfien u dejjem lesti li jgħinuna meta jkollna bżonn.

Kemm ilkom taħdmu dan ix-xogħol ?

Qabel kontu taħdmu x’imkien ieħor ?  Jekk iva, fejn ?

Ms Anna:  Għamilt 20 sena naħdem ġewwa fabbrika tal-ħjata.

Ms Connie: Jiena ilni naħdem ġewwa OLIS għal 16-il sena.  Qabel kont naħdem ġo fabbrika tal-ħjata.

Ms Josette:  Ilni naħdem ġewwa din l-iskola 14-il sena.  Qabel kont salesgirl kif ukoll ħdimt ġewwa fabbrika tal-ħjata.

Ms Connie Axiaq

Għidulna ftit fuq xogħolkom.

Ms Anna: Xogħli jinvolvi ħafna affarijiet fosthom li nissatizza, nnaddaf u naħsel il-klassijiet u nara li l-bathrooms ikunu nodfa.

Ms Connie:  Xogħli hu li nara li l-bathrooms ikunu nodfa.  Nieħu ukoll ħsieb it-turġien u li l-blokka li tagħha jien responsabbli dejjem tkun nadifa.

Ms Josette:  Nieħu ħsieb blokka, fejn nara li kullimkien ikun dejjem nadif.  Nara li t-turġien, il-bitħa, il-gym u il-bathrooms tan-naħa tal-laboratorji ikunu nodfa.   

Liema hi l-iktar parti diffiċli ta’ xogħolok ?

Ms Anna: Meta l-klassijiet ikunu diżordinati ħafna u meta t-toilets ikunu maħmuġin.

Ms Connie:  Meta t-toilets ikunu maħmuġin.

Ms Josette:  Meta fejn inkun naddaft, ma jinżamx nadif.

Ms Josette Cefai

Għamiltu xi ħbieb ġodda hawnhekk?

Tiftakar kif kienet l-ewwel esperjenza tiegħek ġo din l-iskola?

Ms Anna:  Iva, għamilt il-ħbieb ġewwa OLIS.  Fil-bidu kont part-time.  Maż-żmien, ix-xogħol inbidel u żdied.

Ms Connie:  Iva, ħbieb għamilt.  L-ewwel xogħol tiegħi ġewwa l-iskola kien li nagħmel il-ħġieġ tal-blokka kollha.

Ms Josette:  Ħbieb għamilt.  Xi ħbieb li għamilt m’għadhomx jaħdmu hawn.  Qabel ma bdejt naħdem hawn, kont diġa naf lil Connie u għalhekk ma kienetx diffiċli.

X’iżommok entużjasta biex tibqa’ tagħmel xogħolok daqshekk tajjeb?

Ms Anna:  L-ambjent jogħġobni ħafna.  L-importanti li ikun hemm il-koperazzjoni ta’ kulħadd.

Ms Connie:  Għax inħobb l-ambjent tal-iskola u nieħu gost nara kollox f’postu u nadif.

Ms Josette:  Nħoss sodisfazzjon meta nara l-iskola nadifa.  Sodisfazzjon ukoll meta wara li nkunu naddafna, l-ambjent tal-iskola jinżamm nadif.

Xi tħobb tagħmel fil-ħin liberu tiegħek?

Ms Anna:  Inħobb insajjar.

Ms Connie:  Inħobb naħdem il-ganċ u bil-labar tas-suf.

Ms Josette:  Inħobb nilgħab mall-klieb u nara xi storja.

Kieku kellek xogħol ieħor, x’kien ikun u għalfejn?

Ms Anna:  Nimmaġinani naħdem f’librerija għax niltaqa’ ma’ ħafna nies u għax inkun ġo ambjent ta’ skola.

Ms Connie:  Kieku naħseb kont inkun salesgirl f’ħanut tal-ħwejjeg għax il-ħwejjeġ jogħġbuni ħafna.

Ms Josette:  Naħseb kont inkun xi receptionist għax huwa xogħol li ma fihx tqandil, ma tbatix fiżikament u mhux il-ħin kollu b’idejk fl-ilma.

Prosit u grazzi ħafna tax-xogħol siewi li tagħmlu biex l-iskola tagħna tkun dejjem komda u nadifa għalina l-istudenti!

Napprezzawkom ħafna!

Ftit feedback mit-tfal ta St-Matthew……

Julia Spiteri: Dejjem insibu l-klassijiet u l-bathrooms nodfa! Grazzi hafna!

Nadizea Sant: Insibu kollox nadif! Napprezzawha hafna!

Kaye Bouvett:  Xtaqt nghidilkom grazzi hafna ta-servizz li taghmlu fl-iskola taghna!

Aislynn Camilleri: Naħseb li l-ħaddiema huma importanti ħafna!

Mariah Vella: Jien naħseb li huma importanti hafna biex izommu n-nadif fl-iskola tagħna!

Alaiyah Cremona Olivari: Grazzi ħafna tax-xogħol li tagħmlu u tal-effort tagħkom!

Intervista magħmula minn:

Aliyha-Ann Falzon Stewart, Celine Caruana, Kaia Bonello u Rebecca Farrugia, F1 St Matthew