Minn Estella Marie Attard, Shaise Scerri, Martina Thorne
Minn dejjem xtaqt issir għalliema?
Iva, minn meta kont żgħira kont nara ċerti għalliema u kienu jispirawni li nsir bħalhom. B’hekk minn eta’ żgħira dejjem xtaqt li la nikber inkun naħdem f’din il-professjoni.
Kemm ilek tgħallem?
Din hija l-ewwel sena tiegħi ngħallem.
Kieku kellek tagħzel xogħol ieħor barra dak ta’ għalliema x’kien ikun?
Bħalissa żgur li ma nimmaġinanix naħdem xogħol ieħor, pero’ li kieku kelli nagħzel xogħol iehor kont nagħzel xogħol li għandu x’jaqsam mar-riċerka jew HR (Human Resources).
Liema hi t-tema favorita tiegħek fl-istudji soċjali?
Hemm diversi temi li jinteressawni però xi wħud minnhom huma: Lejn Żvilupp Sostenibbli, il-Ġeneru, il-Bidla Soċjali, il-Kriminalità, Devjanza u l-Kontroll Soċjali.
Kellek aktar suġġetti favoriti meta kont għadek studenta?
Iva, apparti l-istudji soċjali kien jogħġbuni ħafna l-Malti, l-Inġliz u anke l-P.E.
Għandek xi annimali domestiċi, jekk iva x’inhuma?
Iva, jiena għandi hamest iqtates.
Xi tħobb tagħmel fil-ħin liberu tiegħek?
Fil-hin liberu tiegħi jien inħobb noħroġ fil-kampanja jew niekol f’xi restaurant tajjeb. Meta jkolli ċ-ċans inħobb ukoll naqra xi ktieb u anke insajjar xi ħlewwiet, speċjalment fix-xitwa!
X’inhu l-kulur favorit tiegħek?
Il-kulur favorit tiegħi huwa l-iswed.
Inti tħobb issiefer?
Iva, inħobb insiefer u nsir familjari ma’ postijiet differenti speċjalment fejn ikun hemm in-natura, iżda biex inkun onestà kultant ibeżżani xi ftit l-ajruplan.
Peress li inti membru tal-‘EKOskola’ x’taħseb fuq it-tibdil fil-klima u fuq dak li qed jiġri fl-ambjent ta’ madwarna?
Naħseb li huwa suġġett li għandu bżonn jingħata ħafna aktar importanza biex inħeġġu lill-istudenti u l-bqija tan-nies biex jagħmlu użu minn inizzjattivi li jnaqqsu t-tniġġiż li jaffettwa t-tibdil fil-klima. Hemm diversi inizzjattivi li kemm l-individwi kif ukoll l-pubbliku għandhom jikkunsidraw, fosthom skemi li jagħmlu l-karozzi li jaħdmu bl-elettriku aktar affordabbli u nnaqsu l-ammont ta’ karozzi billi nużaw karozza waħda jekk se mmoru fl-istess post (car pooling), b’hekk inkunu qegħdin inaqqsu l-emissjonijiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent bħal CO₂ (Carbon Dioxide). Importanti li nieħdu ħsieb is-siġar u l-foresti ta’ madwarna, minhabba li dawn huma sorsi naturali li jgħinu biex ikollna klima aktar nadifa. Apparti minn hekk huwa importanti wkoll li nieħdu ħsieb l-ibħra tagħna billi innaqsu l-użu tal-plastik u skart ieħor. Barra minn hekk irridu nieħdu ħsieb, li l-plastik u l-iskart meta jiġi użat ma jispiċċax fil-baħar, imma jiġi irriċiklat jew użat għall-affarijiet oħra.