Miktuba minn-Ilona Bilocca yr 9
- X’ħajrek biex issir għalliema?
Minn mindu kont żgħira kont ngħid li nixtieq insir għalliema. Niftakarni
nġemma’ l-pitazzi antiki u nikteb isem fuq kull wieħed taparsi huma talistudenti
tiegħi. Però aktar ma kbirt aktar irrealizzajt l-imħabba li kelli għattagħlim
u x-xewqa li nkun ta’ ispirazzjoni għall-istudenti. - Il-passatempi tiegħek x’inhuma?
Il-passatempi tiegħi huma xi mixja fil-kampanja, xi mawra għal xi kunċert itteatru,
il-qari, it-tpinġija u s-safar. - Kemm ilek taħdem bħala għalliema?
Din hija l-ewwel sena tiegħi fix-xogħol ta’ għalliema. Temmejt l-istudji tiegħi fl-
Università f’Ġunju li għadda, jiġifieri Ġunju tal-2021. - Hemm xi persuna li tispirak?
Jispirawni persuni differenti minn oqsma differenti. Jekk nieħdu l-qasam tal-
Malti, jispirawni l-iżjed Oliver Friggieri u Leanne Ellul. Oliver Friggieri kien
professur tal-Malti u għalliem tiegħi l-Università li sfortunatament ħalliena sena
ilu, filwaqt li Leanne Ellul hija għalliema u awtriċi żagħżugħa brava immens. - X’inhu l-aktar żmien tas-sena li jogħġbok?
Naħseb li ż-żmien tal-Milied għaliex jagħtini ċ-ċans inqatta’ iżjed ħin malfamilja
tiegħi mis-soltu. - Xi tħobb tagħmel fil-ħin liberu tiegħek?
Meta nsib ċans, inħobb naqra xi ktieb li jkun għadu kif ħareġ u jkun ili nisma’
dwaru jew inkella nikteb xi poeżija. Ġieli naqbad iż-żebgħa jew l-akwarelli u
nagħmel xi tpinġija. Nieħu gost ukoll niltaqa’ ma’ sħabi.Barra minn hekk,
nagħmel parti minn diversi gruppi u għaqdiet volontarji. - Meta kont studenta bħalna x’kien l-iktar suġġett li kont tħobb?
Il-Matematika kont inħobbha ħafna. Fil-fatt, fis-Sixth Form kont xtaqt nieħu l-
Matematika u l-Malti bħala A’levels imma ma stajtx niħodhom flimkien, allura
rebaħ il-Malti! - Kieku jkollok tagħti parir lilna l-istudenti xi jkun?
L-ewwel nett, dejjem irrispettaw u ħudu ħsieb lil xulxin: lill-familji tagħkom, lillistaff
tal-iskola, lil sħabkom u lil kull min tiltaqgħu miegħu. Apprezzaw dak li
għandkom, mill-iżjed ħaġa bażika sal-iżjed ħaġa kbira, u rringrazzjaw lil Alla
għal dak li għandkom. Qatt tieqfu titgħallmu, tikbru kemm tikbru. Titgħallmu
mhux mill-iskola u mill-kotba biss, imma billi tinteressaw ruħkom f’dak li jkun
qiegħed jiġri madwarkom. Fl-aħħar nett, kunu sensittivi, u kif ngħidu, tagħmilx
lil ħaddieħor dak li ma tixtieqx li ħaddieħor jagħmel lilek!