Jiena tifla kurjuża

inħobb inkun avventuruża.

Ommi u missieri semmewni Emily Kaye

għax inħobb niekol ħafna kejk.

Kull fejn tarani nġorr ktieb

għax il-qari huwa il-bieb għal ħsieb.

Għandi xagħari twil sa dahri

u dejjem nilbes in-nuċċali.

Il-vjolin indoqq kuljum

u lin-nanna spiss inżur.

Emily Kaye AquilinaGrade 4 St Bernard

Jien jisimni Vanessa

u jgħiduli prinċipessa,

b’libsa twila u sabiħa,

kemm inħobb nagħmel il-fwieħa.

Għall-kolazzjon kuljum nieħu tuffieħa.

Immur il-ballu u t-tiġijiet,

u ma tonqosx xi żjara lin-nanniet.

Wara lura għall-kastell,

nilgħab bl-aqwa ġugarell.

Miktuba minn Kezia Lentini (Ir-raba’ sena St Bernard)