Jien jisimni Vanessa
u jgħiduli prinċipessa,
b’libsa twila u sabiħa,
kemm inħobb nagħmel il-fwieħa.
Għall-kolazzjon kuljum nieħu tuffieħa.
Immur il-ballu u t-tiġijiet,
u ma tonqosx xi żjara lin-nanniet.
Wara lura għall-kastell,
nilgħab bl-aqwa ġugarell.
Miktuba minn Kezia Lentini (Ir-raba’ sena St Bernard)

Jiena tifla kurjuża
inħobb inkun avventuruża.
Ommi u missieri semmewni Emily Kaye
għax inħobb niekol ħafna kejk.
Kull fejn tarani nġorr ktieb
għax il-qari huwa il-bieb għal ħsieb.
Għandi xagħari twil sa dahri
u dejjem nilbes in-nuċċali.
Il-vjolin indoqq kuljum
u lin-nanna spiss inżur.
Emily Kaye Aquilina
Grade 4 St Bernard
Bonġu! Jien jisimni Yana!
Il-frott favorit tiegħi huma t-tuffieħ u l-banana!
Għandi oħti jisimha Skye,
U għandi pupu jismu Kye.
Il-passatempi tiegħi huma l-ġinnastika u t-tpinġija,
Yana Desira
Grade 4 – St. Bernard
