Waqt il-lezzjoni tal-Malti, l-istudenti tad-disa’ sena għadhom kif ħadmu fuq il-poeżija “Demgħat tas-Silġ” ta’ Mario Azzopardi. Wara li bħala klassi, iddiskutejna u analizzajna l-poeżija, l-istudenti ġew mistiedna jiktbu messaġġ lill-poeta. Mhux messaġġ kwalunkwe!  

L-istudenti kellhom jimmaġinaw li l-poeżija “Demgħat tas-Silġ” kitibha/ kitbitha ħabib/a tal-qalb tagħhom. Għalhekk, f’dan il-messaġġ kellhom jesprimu ruħhom draw kif ħassewhom huma u jaqraw il-poeżija, isaqsu xi mistoqsijiet li għandhom dwar xi parti mill-poeżija u joffru xi għajnuna lill-ħbieb tagħhom. Din l-attività għenet lill-istudenti jsiru iżjed sensittivi għall-emozzjonijiet u l-esperjenzi tal-poeti li jistudjaw u jirrealizzaw li huma nies umani bħalna. 

Proset lill-istudenti kollha tal-messaġġi sbieħ li kitbu. Dawn huma l-messaġġi ta’ Laura C., Mariah A.Elle B u Kylie C.