1. Meta kont żgħira minn dejjem ridt tkun għalliema tal-ġeografija?

Le mhux minn dejjem kont naħseb li se nsir għalliema. Xtaqt li naħdem bħala bankiera. Iżda
meta kont nilgħab bil-pupi kont dejjem nkun l-għalliema tagħhom.


2. Il-passatempi tiegħek x’inhuma?

Inħobb noħroġ u nsiefer iżda kemm konna ilna d-dar erġajt qbadt naħdem is-suf bil-ganċ u l-labar, kif ukoll naqra.

3. Meta kont żgħira fejn xtaqt issiefer?

Kont ngħid u għadni nixtieq inmur l-Alaska u Lapland.


4. Kemm ilek taħdem bħala għalliema?

Din hija d-dsatax -il sena tiegħi.


5. X’topik jogħgbok l-iktar fis-suġġett tiegħek?

Il-vulkani u t-terremoti jaffaxxinawni. filfatt il-gost tiegħi meta nieħu l-istudenti Sqallija fuq il￾vulkan Etna biex jaraw dan il-fenomenu naturali u l-kobor li d-dinja toffri.


6. Kien hemm xi ħadd li ispirak għall-ġeografija?

L-ghalliem li kien jgħallimni fis-6th form is-Sur Anton Quintano.
7. Kien hemm suġġett li jogħġbok apparti l-ġeografija?

Iva t-Taljan.


8. Kif tħossok li hemm studenti li għandhom interess fis-suġġett?

Huwa sodisfazzjon kbir meta nara li l-istudenti jinteressaw irwieħhon fis-suġġett. dan
m’għandux ikun suġġett li jinteressak għall-eżami imma għax fih niddiskutu u nitgħallmu dwar
suġġetti ta’ kuljum u nkabbru l-għarfien.


9. X’inhu l- kulur favurit tiegħek?

Il-vjola

Artiklu miktub minn Mirayne Saliba Form 3