Intervista – miktuba minn Giulia Farrugia
Jien ġbart dan il-grupp ta’ domandi fuq ir-reliġjonijiet differenti fis-soċjeta’ u saqsejthom lil ommi u lil ħabiba tiegħi Oana.
Dawn kienu t-tweġibiet tagħhom;
Oana:
- X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar ir-reliġjonijiet differenti li nsibu fis-soċjeta’?
L-opinjoni tiegħi dwar dan hi li kull reliġjon għandha twemmin differenti u l-bniedem għandu japrezza u jirrispetta lil kull proxxmu.
- Ġieli kellek l-opportunita li tmur ġo xi post reliġjuż ta’ xi reliġjon differenti?
Le, qatt ma kelli din l-opportunita imma fil-futur nixtieq inżur xi post reliġjuż bħall-Mekka.
- X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar tfal ta’ reliġjon differenti li imorru ġo skola kattolika?
L-opinjoni tiegħi dwar dan hi li naqbel li jiġru dawn l-affarijiet għax aħna kollha bnedmin l-istess u m’għandux ikun hemm differenzi bejn ir-reliġjonijiet differenti.
- X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar tfal ta’ reliġjon differenti jmorru ġo l-istess skola?
Jiena din naqbel, mhux biss fl-iskejjel imma anka ġo postijiet pubbliċi u ġo postijiet ta’ attivitajiet bħal sports għax għalkemm kulħadd għandu twemmin differenti, kulħadd għandu jiġi trattat l-istess.
Ommi
- X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar ir-reliġjonijiet differenti li insibu fis-soċjeta’?
Jiena naħseb li kull reliġjon, kultura jew kulur tal- ġilda għanda tkun trattata l-istess, il-bniedem huwa maħluq biex ikun hemm għal xulxin u jgħin lil ħaddieħor bla ma jagħti kas tal-ġilda jew kulturi differenti.
- Ġieli kellek l-opportunita li tmur ġo xi post reliġjuż ta’ xi reliġjon differenti?
Iva, darba kelli l-opportunita li mmur ġo Moskea, huwa post vera interresanti u sabiħ. Il-kultura u tradizzjonijiet tagħhom huma vera differenti u sbieħ.
- X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar tfal ta’ reliġjon differenti jmorru ġo skola kattolika?
- Jiena naħseb li tajjeb li dawn l-affarijiet jiġru, ħalli t-tfal jidraw jaqsmu li għandhom ma’ tfal differenti. Barra min hekk, ir-reliġjon tagħna tagħllimna biex naċċettaw lil kulħadd.
- X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar tfal ta’ reliġjon differenti jmorru ġol-istess skola?
Jien naħseb li dan huwa tajjeb biex it-tfal jagħmlu ħbieb differenti u jitgħallmu dwar kulturi differenti.
Oana u Julia
Omm Julia