Miktuba minn Mariah Zarb Form 3
- Kif qattajt il-ġranet tiegħek meta qlibna għas-sistema tal-onlajn?
Filgħodu u wara nofsinhar kont niddedika l-ħin għal-lezzjonijiet kif ukoll biex nikkoreġi (għal corrections). Fil-ħin liberu kont nipprova nqatta’ ftit tal-ħin għal passatempi u mal-familja, u normalment filgħaxija u fit-tmiem il-ġimgħa (weekend) kont immur nimxi.
- Kieku għandek xi poteri sopranaturali xi jkun u għaliex?
Bħalissa jkun li nwaqqaf il-Covid, u nagħti lura l-libertà lil kulħadd, li nagħmlu kulma konna nagħmlu qabel, mingħajr restrizzjonijiet u l-aktar li ma jkomplux jimirdu n-nies.
- Xi tħobb tagħmel fil-ħin liberu tiegħek?
Inpinġi, naqra, immur nimxi, u ngħum.
- Kemm ilek tgħallem fl-iskola tagħna?
Fi Frar nagħlaq 20 sena.
- Għalfejn iddeċidejt biex tkun għalliema tat-Taljan?
Minn dejjem kont inħobb il-lingwa u l-kultura Taljana għalhekk xtaqt inkompli naqsam l-imħabba tiegħi lejn din il-lingwa mal-istudenti fil-ħajja ta’ kuljum.
- Xi jogħġbok minn dan ix-xogħol?
Il-kuntatt mal-istudenti, li ngħallem suġġett li nħobb u li kull ġurnata differenti.
- Jekk ikollok l-opportunità li tkun kap tal-iskola x’inhuma r-regoli li tagħmel?
Domanda diffiċli ħafna. Forsi li l-uniformi tkun inqas formali, l-uniformi tkun xi tip ta’ smart casual wear simili ta’ tracksuit u jintlibes dejjem running shoes biex l-istudenti jħossuhom aktar komdi.
- Hemm xi ħaġa partikolari li tibża’ minnha?
Is-sofferenza l-iktar kif ukoll il-wirdien.
- X’suġġett kien idejjaqek fis-sekondarja?
L-accounts ma kienx is-suggett favorit tiegħi.
- Kif tħossok l-iktar komda tgħallem; onlajn jew fil-klassi?
Bla dubju ngħallem fil-klassi. Mhawnx isbaħ milli nara l-istudenti quddiemi, għax huwa aktar faċli tikkomunika magħhom. It-tagħlim onlajn hija xi haga li bil-fors kellna naddattaw għaliha minħabba s-sitwazzjoni li ninsabu fiha.
- Minn meta kont tifla, ridt tkun għalliema?
Le, meta kont zgħira naħseb qatt ma kelli x-xewqa li nsir għalliema. Ma naħsibx li neċessarjament tkun taf xi trid fil-ħajja minn meta tkun zgħira. Aħna nikbru u ninbidlu u xi kultant nagħmlu affarijiet li qatt ma ħlomna li se nagħmluhom. Għalhekk tajjeb inkunu preparati f’kollox. Kont pjuttost noħlom li nsir perit jew artista.
- Taf tuża t-teknoloġija?
M’iniex xi esperta però naf nuża ħafna affarijiet u minn Marzu ’l hawn tgħallimt aktar nużaha peress li qed inqatta’ ħafna ħin naħdem fuq il-kompjuter.
- Kieku kellek tirbaħ il-lotterija xi tagħmel bil-flus?
Nivvjagga u nagħti ammont lil xi Fondazzjoni bħal Puttinu Cares.
- Xi taħseb fuq l-ilbies tal-maskra u distanza soċjali?
M’humiex xi ħaġa pjaċevoli imma bħalissa l-ilbies tal-maskra huwa ferm importanti speċjalment meta nkunu viċin in-nies. Li nilbsu l-maskra hija anke sinjal ta’ rispett lejn ħaddieħor iżda mhux biss, iżda biex nipproteġu lilna nfusna. Huwa tajjeb li nżommu d-distanza soċjali biex nevitaw il-kuntatt fiżiku mal-oħrajn.
- Gieli sifirt u fejn?
Iva, mort l-Italja, l-Ingilterra u Franza u fadalli ħafna pajjizi li nixtieq nżur.
