- X’ inhuma l-passatempi tiegħek ?
Inħobb immur nimxi fil-kampanja u ngawdi l-ħajja kemm nista’.
- Kif tħossok li tgħallem fl-istess skola li kont tmur meta kont żgħira ?
Inħossni onorata li nista’ naħdem mal-għalliema tiegħi bħala l-kollega tagħhom u kuntenta li nista’ ngħaddi l-valuri li l-iskola rawmet fija lill-istudenti preżenti.
- Xi jfissru l-Malti u Franċiz għalik?
Minn dejjem kont inħobb il-lingwi. Il-Malti għandu post speċjali f’qalbi għax hu l-ilsien nattiv tagħna. Min-naħa l-oħra l-Franċiż hu lsien globali mitkellem f’diversi pajjiżi li huma ‘Francophone’ u għalhekk jiftaħlek ħafna bibien u opportunitajiet.
- Kieku kellek tbiddel xi ħaġa mid-dinja jew mis-soċjetà xi tkun u għaliex?
Nixtieq li n-nies juru aktar empatija u jiġġudikaw inqas.
- X’inhi l-aktar ħaġa li tħobb tagħmel li m’għandhiex x’ taqsam mal-iskola ?
Inħobb inqatta’ ħafna ħin ma’ dawk il-persuni li huma importanti f’ħajti.
- X’inhi l-aktar ħaġa difficli li għamilt din is-sena?
Din is-sena kienet waħda diffiċli għal kulħadd. Kellna ħafna sfidi ġodda fil-professjoni tagħna imma l-aktar ħaġa diffiċli għalija hi li ma nistax inqatta’ ħin man-nanna kif nixtieq minħabba s-sitwazzjoni li ninsabu fiha.
- X’ ispirak li issir għalliema?
Xtaqt nagħti kontribut lis-soċjetà u nagħmel differenza f’ħajjet in-nies.
- X’tip ta’mużika tħobb?
M’għandix tip partikulari. Kollox inħobb nisma’.
- Għidlna l-iktar film u artist favorit tiegħek.
Inħobb ħafna l-ktieb ‘Pride and Prejudice’ ta’ Jane Austen li għamluh film ukoll. L-artista favurita tiegħi hi Emma Watsan għax taħdem ħafna favur id-drittijiet tan-nisa f’pajjiżi sottożviluppati.
- Kieku jkollok tagħti parir lilna l-istudenti xi jkun?
Agħmlu għażliet tajbin, għax dak li tagħmlu issa se jaffettwa l-opportunitajiet tagħkom ’il quddiem.
Intervista miktuba minn Mariah Simiana Form 3
