Sister Grace
- Kemm qegħdin sorijiet fil-kunvent
- Qegħdin 7 sorijiet.
- Kif ġietek il-ħajra biex tidħol soru ?
- Jien kont naħdem mas-sorijiet u kienet togħġobni l-ħajja li kienu jgħixu u wara li tlabt ħafna u ħadt parir iddeċidejt li nidħol soru. Dan qabel kollox kien Alla li sejjaħli u jien weġibt għal din is-sejħa.
- Bħala sorijiet, x’tagħmlu fil-weekend ? Toħorgu indivdwali jew bħala grupp ?
- Fil-weekend kulħadd jagħmel ix-xogħol tiegħu li ma nkunux nistgħu nagħmlu matul il-gimgħa minħabba l-iskola. Bħala komunita’ noħorgu flimkien imma anke individwali noħorġu , pereżempju s’għand il-familji tagħna.
- X’inhu l-passatemp favorit tiegħek ?
- Il-passatempi favoriti tiegħi huma it-tisjir, it-tindif u l-qari.
- X’inhu l-kulur favorit tiegħek ?
- Il-kulur favorit tiegħi huwa l-blu.
- X’inhu l-annimal favorit tiegħek ?
- L-annimali favorit tiegħi huma l-klieb.
- X’inhi l-aktar ħaġa li tagħmlu flimkien bħala sorijiet ?
- Bħala komunita’ noqogħdu flimkien waqt il-ħin tal-ikel u għar-rikreazzjoni filgħaxija.
- Inti għalliema tar-reliġjon. Kif jirnexxilek tagħmel lezzjonijiet sbieħ u ferrieħa għat-tfal ?
- Biex il-lezzjoni tar-reliġjon nagħmilha attraenti l-ewwel nipprepara , indoqqilhom xi songs biex jiċċaqalqu ftit u nurihom xi video clips u powerpoint u nagħmilha ħafna parteċipativa.
Artiklu miktub minn Miraine Farrugia Form 5 St.Agatha