Artiklu miktub minn studenta.
Jien bdejt il kwarantina meta sirt naf li ommi kien qabadha il-Covid 19. Peress li ma kontx naf jekk kellix il- marda wkoll ma tanx qgħadt viċin il- familjari tiegħi. Ftit jiem wara mort nagħmel it-test tal-Covid 19. Ġurnata wara ġew ir-riżultati u sfortunatament kont pożittiva. Biex ma nmarradx lill- familja tiegħi mort ġo dar oħra ma ommi, il- partener tagħha u oħti. Hemmhekk erġajt bdejt il-kwarantina mill-bidu. Jien ma tantx kelli sintomi. L-uniċi sintomi li kelli kienu li ma stajtx inxomm u naqra sogħla ‘ l hemm u ‘l hawn. Jien għamilt ħafna mill-kwarantina nara l-films u nagħmel ix-xogħol tal-iskola. Xi kultant jien, oħti, ommi u l-partner tagħha nilagħbu xi ftit ‘board games’. Ma tanx iddejjaqt kwarantina li nogħod id-dar, imma immissjajt il-ħbieb tal-iskola tiegħi u xi familjari wkoll. Wara ġimagħtejn erġajna morna nerġaw nagħmlu t-test tal-Covid 19. Meta ġew ir-rizultati qbiżna bil-ferħ għax kulħadd ġie negattiv, imma ridna nibqgħu ġewwa ħamest ijiem oħra ħalli żgur ma nmarrdu lil ħadd. Insomma issa nista’ ngħid fil-futur li jien salvajt mill-pandemija tal-Covid 19.