
Miktuba minn Shana Azzopardi Form 3
Kieku int qed tiġi bbulljata taħseb li titkellem ma’ xi ħadd jew tippreferi ma tgħid lil ħadd u għaliex?
Martina: Jien kieku naħseb nitkellem, mhix għażla ħafifa imma kieku nħossni aħjar jekk nitkellem forsi l-affarijiet jinbidlu.
Yanika: Kieku jien qed niġi bbulljata nippreferi ma ngħid lil ħadd għax nibża’ li mhux kulħadd ħa jifhimni u jemmini.
Kaya: Naħseb kieku jien nippreferi l-ewwel ngħid lill-ħabiba tal-qalb li nafda ħalli mbagħad minn hemm inkellem lill-ġenituri, iżda meta tkun ibbulljat ma tkunx faċli.
Ġieli għent lil xi ħadd li ġie bbulljat?
Martina: Jien qatt ma rajt lil xi ħadd jiġi bullied imma kieku ovvja li nipprova ngħin kif nista’.
Yanika: Iva kien hemm xi tfal li bdew jidħku b’ kuġinuwi u jien tħassartu, allura pruvajt naqbeż għalih.
Kaya: Le qatt ma esperjenzajt lil ħadd jiġi bullied quddiem għajnejja.
Ġieli għaddejt minn xi tip ta‘ bullying?
Martina: Le.
Yanika: Iva, ftit snin ilu jien kont għaddejt minn bullying verbali.
Kaya: Iva meta kont izgħar persuna li kont nikkunsidraha ħabiba kienet tgħajjarni bil-figura tiegħi.
Taħseb li l-iskejjel qed jagħmlu li jistgħu dwar il-bullying?
Martina: Jien naħseb li l-iskejjel għandhom jagħmlu iktar awareness fuq il-bullying.
Yanika: Le naħseb li l-iskejjel apparti li għandhom jgħallmu lit- tfal fuq x’inhu l-bullying iridu wkoll jgħallmuhom kif jaqbżu għalihom infushom.
Kaya: Iva naħseb li l-iskola tagħna tedukana tajjeb fuq il-bullying u għandna lil min insibu jekk niġu f’din is-sitwazzjoni.



Prosit Shana, Kaya, Yanika u Martina ghal dan l-artiklu/intervista. Naqbel maghkom perfettament li mhux facli li titkellem meta tkun qed tigi bullied. Min naha l-ohra li wiehed jitkellem huwa mportanti hafna ghax inkella tkun iktar difficli li l-vittma tigi meghjuna.
Huwa propju ghalhekk li l-Anti-Bullying Week nehduha bis-serjeta’ hafna l-iskola… ghax kif qalet Martina, huwa d-dover taghna li noholqu aktar awareness ta’ x’konsegwenzi koroh ihalli l-bullying, u anke li naghtukom ‘tips’ ta’ x’tistghu taghmlu jekk tkunu bullied jew anke jekk taraw bullying isir quddiemkom. Barra l-Anti-Bullying Week, matul is-sena, naf ukoll li dan is-suggett jigi trattatt f’numru ta’ suggetti ohra, inkluz il-PSCD.
Bravi girls! u keep it up!
LikeLike
Well done Shana, Kaya, Yanika and Martina for this article/interview.
As you say, it is not easy to speak up when one is being bullied. However, if we do not speak up and report cases of bullying, then it will be more difficult for the victim to get help.
This is why we take Anti-Bullying Week so seriously at school – to raise awareness on the negative effects of bullying and to help students get the necessary skills to stand up to bullies.
I am also aware that bullying is dealt with during the year, through a number of subjects, including PSCD.
Prosit girls! Keep up the good work! and Let us Unite Against Bullying!
LikeLike